20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/39
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2019 — Hebberecht vs SEAE
(Kawża T-171/19)
(2019/C 172/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chantal Hebberecht (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Bicard, avukat)
Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikkjara t-talba ta’ C. Hebberecht ammissibbli u fondata;
—
tannulla s-sanzjoni deċiża fil-konfront tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) iħallas lir-rikorrenti EUR 36 000 ta’ arretrati tas-salarju kif ukoll l-interessi moratorji;
—
tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrenti EUR 450 000 bħala kumpens għad-dannu fuq saħħitha, id-dannu materali u d-dannu morali;
—
sussidjarjament, tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrenti EUR 300 000 bħala kumpens għall-istess dannu;
—
iktar sussidjarjament, tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrenti EUR 150 000 bħala kumpens għall-istess dannu;
—
jerġa’ iktar sussidjarjament, tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrenti EUR 50 000 bħala kumpens għall-istess dannu;
—
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li ma wettqitx il-fatti miżmuma kontriha mit-tribunal de première instance du Hainaut (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Hainaut (il-Belġju)) fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2017 u invokati mis-SEAE bħala li jikkostitwixxu nuqqas partikolarment gravi għall-obbligi li għandhom l-uffiċjali, b’mod partikolari abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolamenti tal-Persunal. Hija tinvoka wkoll in-natura diskriminatorja tas-sanzjonijiet meħuda kontra tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy