27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/34
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2019 — Cognac Ferrand vs EUIPO (Forma ta’ trizza fuq flixkun)
(Kawża T-172/19)
(2019/C 182/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cognac Ferrand (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ trizza fuq flixkun) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 387 564
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1640/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy