13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/59
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2019 — Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft vs EUIPO (eVoter)
(Kawża T-175/19)
(2019/C 164/62)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vereinigung der Bayerischen Wirtschaft eV (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Genz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “eVoter” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 900 152
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1983/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti tal-appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-proċedura amministrattiva tal-EUIPO;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy