13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/60
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2019 — Bibita Group vs EUIPO — Benkomers (Fliexken tax-xorb)
(Kawża T-180/19)
(2019/C 164/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bibita Group SHPK (Tirana, l-Albanija) (rappreżentanti: C. Seyfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Benkomers OOD (Sofia, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 3797 091-0001 (Fliexken tax-xorb)
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1070/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara d-disinn Komunitarju kkontestat irreġistrat taħt in-Numru 3797 091-0001 invalidu, għar-raġunijiet kollha msemmija fir-rikors;
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-proprjetarju għall-ispejjeż proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem it-Tielet Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra potenzjali għal dawn il-proċeduri għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 6(1) u 25(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy