20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/42
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2019 — Puma v EUIPO (SOFTFOAM)
(Kawża T-182/19)
(2019/C 172/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schunke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva SOFTFOAM — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 363 318
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 1399/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy