27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/36
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2019 — Jalkh vs Il-Parlament
(Kawża T-183/19)
(2019/C 182/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta’ Jannar 2019 li temenda r-regoli ta’ proċedura;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li l-emenda kkontestata toħloq diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa li ma tosservax id-diversità lingwistika u twassal biex id-deputat Franċiż fil-Parlament Ewropew ma jużax il-lingwa materna tiegħu.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, sa fejn ir-regoli tal-proċedura l-ġodda tal-Parlament joħloq diskriminazzjoni kontra r-rikorrent li jitkellem bil-Franċiż.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent josserva li bil-ħolqien ta’ diskriminazzjoni kontra l-lingwa Franċiża, ir-regoli tal-proċedura l-ġodda tal-Parlament jiksru d-diversità kulturali u lingwistika fi ħdan din l-istituzzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiżgura l-osservanza tal-multilingwiżmu u għalhekk tal-użu tal-lingwa Franċiża.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1, tal-15 ta’ April 1958, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy