3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/82
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2019 — Haikal vs Il-Kunsill
(Kawża T-189/19)
(2019/C 187/89)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrent: Maen Haikal (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: Stanislav Koev, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara li r-rikors ineżami huwa ammissibbli u fondat fl-intier tiegħu u tiddikjara li t-talbiet kollha invokati f’dan ir-rikors huma ġustifikati,
—
tikkonferma li l-atti kkontestati jistgħu jiġu annullati parzjalment,
—
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn huwa kkonċernat Maen Haikal,
—
tannulla parzjalment ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn huwa kkonċernat Maen Haikal, u
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas l-ispejjeż legali kollha tar-rikorrent, inklużi l-ispejjeż, l-onorarji u spejjeż oħra, marbuta mal-protezzjoni tiegħu.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kunsill — Artikolu 6 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv: ksur tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ proporzjonalità bejn ir-reat u s-sanzjoni — Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
3.
It-tielet motiv: ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Artikoli 6 13 tal-KEDB, Artikolu 215 TFUE u Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
4.
Ir-raba’ motiv: żball ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kunsill.
5.
Il-ħames motiv: ksur tad-dritt għall-proprjetà, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-libertà ta’ intrapriża — Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali tal-KEDB u Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
6.
Is-sitt motiv: ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet tal-għajxien normali — Artikoli 2 u 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u Artikoli 3 u 25 tad-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.
7.
Is-seba’ motiv: indħil serju fid-dritt għal reputazzjoni — Artikoli 8 u 10(2) tal-KEDB.
Full & Egal Universal Law Academy