17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/48
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — Ceramica Flaminia vs EUIPO — Ceramica Cielo (goclean)
(Kawża T-192/19)
(2019/C 206/51)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ceramica Flaminia SpA (Civita Castellana, l-Italja) (rappreżentanti: A. Improda u R. Arista, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ceramica Cielo SpA (Fabrica di Roma, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva “goclean” — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 270 046
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 991/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla u tirriforma d-deċiżjoni kkontestata;
u b’konsegwenza ta’ dan
—
tirrikonoxxi l-validità tat-trade mark tal-Unjoni “goclean” Nru 13270046 irreġistrata fid-9 ta’ Frar 2013 b’riferiment għall-prodotti kollha jew parti minnhom li jaqgħu fil-klassi 11 (Tankijiet tal-flushing għal WCs, Bwieqi tat-toilet, Impjanti għad-distribuzzjoni ta’ ilma);
—
tikkundanna lill-EUIPO u/jew il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell Ceramica Cielo S.p.A. għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, kif ukoll taż-żewġ fażijiet preċedenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tal-Bord tal-Appell, favur Ceramica Flaminia S.p.A.
Motivi invokati
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Interpretazzjoni tal-karattru distintiv skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Infondatezza tal-kwalifika tat-trade mark bħala slogan;
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 95(1) b’rabta mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy