17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/51
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2019 — GEA Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-195/19)
(2019/C 206/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. du Mont, R. van der Hout u C. Wagner, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni BUDG/DGAl/C/4/PL/Ares(2019) s. 283284 tal-24 ta’ Jannar2019; u
—
tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE mid-deċiżjoni kkontestata sa fejn din irrifjutat ir-rimbors tal-multi mħallsa mir-rikorrent sabiex jikkonforma ruħu mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 tad-29 ta’ Ġunju 2016.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE mid-deċiżjoni kkonstestata inkwantu applikat mill-ġdid de facto d-Deċiżjoni C(2010) 727 (finali) tat-8 ta’ Frar 2010 jew id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 tad-29 ta’ Ġunju 2016 li kienu t-tnejn li huma annullati mill-Qorti Ġenerali permezz tas-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, GEA Group vs Il-Kummissjoni, T-189/10, EU:T:2015:504 u bis-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2018, GEA Group vs Il-Kummissjoni, T-640/16, EU:T:2018:700, rispettivament.
Full & Egal Universal Law Academy