27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/37
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2019 — Knaus Tabbert vs EUIPO — Carado (CaraTwo)
(Kawża T-203/19)
(2019/C 182/42)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Knaus Tabbert GmbH (Jandelsbrunn, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Maenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carado GmbH (Leutkirch im Allgäu, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CaraTwo” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 170 145
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 851/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;
—
tiċħad fl-intier tagħha l-oppożizzjoni ta’ Carado GmbH, tas-27 ta’ Lulju 2016, fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 935 334 u tat-trade mark Ġermaniża Nru 30 611 776 (proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru 2 742 768);
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy