27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/38
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2019 — Armani vs EUIPO — Invicta Watch Company of America (GLYCINE)
(Kawża T-209/19)
(2019/C 182/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Armani SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: J. Rether u M. Kinkeldey, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Invicta Watch Company of America, Inc. (Hollywood, Florida, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva bil-kulur iswed u abjad — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 910 301
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 578/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy