27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/39
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Apple vs EUIPO (Styluses)
Kawża T-212/19)
(2019/C 182/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3012 707-0004
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 fil-Każ R 2533/2017-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
—
Ksur tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 flimkien mal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy