3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/85
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — AW vs Il-Parlament
(Kawża T-213/19)
(2019/C 187/91)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AW (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikkjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjonijiet tas-7 ta’ Awwissu 2018 adottati mill-konvenut u li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrent għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali ta’ żewġ mardiet (ċervikalġija u urtikarja minħabba stress) kif ukoll, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2019 li permezz tagħha l-konvenut ċaħad l-ilment magħmul fis-16 ta’ Ottubru 2018 mir-rikorrent kontra d-deċiżjonijiet tas-7 ta’ Awwissu 2018;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 22(3) tal-Leġiżlazzjoni Komuni dwar il-kopertura tar-riskji ta’ inċident u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol tal-uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem il-“Leġiżlazzjoni Komuni”), minħabba irregolaritajiet proċedurali mwettqa mill-bord mediku.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur ikkombinat tal-Artikolu 22 tal-Leġiżlazzjoni Komuni u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-bord mediku ma aġixxiex b’mod indipendenti, iżda fuq l-istruzzjonijiet tal-Parlament.
Full & Egal Universal Law Academy