27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/40
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Fleximed vs EUIPO — docPrice (Fleximed)
(Kawża T-214/19)
(2019/C 182/45)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fleximed AG (Triesen, Liechtenstein) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: docPrice GmbH (Koblenz, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Fleximed — Trade mark tal-Unjoni Nru 12 025 771
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1121/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy