17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/70
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2019 — Mitsubishi Polyester Film vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-220/19)
(2019/C 206/65)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mitsubishi Polyester Film GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Voß u D. Fouquet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166 (ĠU 2019, L 14, p. 1), fir-rigward tas-snin 2012 u 2013;
—
sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni SA.34045 (2013/C) (ex 2012/NN) tat-28 ta’ Mejju 2018, innotifikata bid-dokument C(2018) 3166, fir-rigward tas-snin 2012 u 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi l-ispejjeż legali u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.
1.
Konstatazzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE
Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fl-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mit-tariffi tan-netwerk inkwistjoni, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li kien hemm użu ta’ riżorsi tal-Istat.
Barra minn hekk, fl-evalwazzjoni tal-kriterju ta’ “selettività”, is-sistema ta’ referenza ġiet iddeterminata b’mod żbaljat u inkomplet.
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, minħabba d-determinazzjoni żbaljata tas-sistema ta’ referenza, il-konvenuta kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.
2.
Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni individwali tagħha, hija setgħet trawwem l-aspettattiva li kienet ser tibqa’ tibbenefika mit-tariffi tan-netwerk speċjali li kienet tibbenefika minnhom.
Full & Egal Universal Law Academy