24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/56
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2019 — A9.com vs EUIPO (Ikona ta’ apparat ta’ qanpiena)
(Kawża T-240/19)
(2019/C 213/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: A9.com, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u C. Mikyska, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ Ikona ta’ apparat ta’ qanpiena — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 868 712)
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1309/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li:
—
Il-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
—
Il-konvenut għandu jħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell inklużi l-ispejjeż neċessarji tar-rikorrenti fiż-żewġ proċedimenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy