17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/90
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2019 — Café Camelo vs EUIPO — Camel Brand (CAMEL BRAND FOOD PRODUCTS)
(Kawża T-244/19)
(2019/C 206/79)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Café Camelo, SL (Villanueva del Pardillo, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camel Brand Co. Ltd (Żebbuġ, Malta)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 710 692
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1165/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut (u lill-intervenjenti, jekk hija tipparteċipa fil-proċeduri) għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Full & Egal Universal Law Academy