8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/54
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2019 — Uzina Metalurgica Moldoveneasca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-245/19)
(2019/C 230/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Uzina Metalurgica Moldoveneasca OAO (Rîbnița, Moldova) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u E. Gergondet, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli;
—
tannulla Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 (1) sa fejn japplika għar-rikorrenti; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
1.
L-ewwel motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u li kiser il-prinċipji ta’ ugwaljanza u nondikriminazzjoni billi applika miżuri definittivi ta’ salvagwardja għal importazzjonijiet li ġejjin mill-Moldova, filwaqt li importazzjonijiet komparabbli li joriġinaw f'pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea kienu jiġu esklużi.
2.
It-tieni motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 jikser l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (2) billi applika miżuri definittivi ta’ salvagwardja għal importazzjonijiet li ġejjin mill-Moldova, anke jekk l-importazzjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, bħall-Moldova, kellhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta’ tali miżuri.
3.
It-tielet motiv, sussidjarjament, jallega li l-konvenuta kisret il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u aspettattivi leġittimi, wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/478 billi naqset milli tevalwa jekk il-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja kinux ġew issodisfatti għal kull kategorija ta’ prodott li jifformaw il-prodott ikkonċernat separatament.
4.
It-tielet motiv, jallega li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, li kisret id-dmir ta’ premura u li kisret l-Artikoli 9(1)(a) u 16 tar-Regolament 2015/478 billi kkunsidrat li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott fl-Unjoni Ewropea kienet tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja.
5.
Il-ħames motiv jallega li l-konvenuta, meta stabbilixxiet l-eżistenza ta’ theddida ta’ dannu serju, wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, kisret id-dmir ta’ premura tagħha u kisret l-Artikoli 5(2), 9(2) u 16 tar-Regolament 2015/478.
6.
Is-sitt motiv jallega li l-konvenuta li l-konvenut wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/478 peress li ma stabilixxietx li ż-żieda fl-importazzjonijiet kienet tali li thedded li tikkawża dannu serju lill-industrija tal-Unjoni Ewropea u ma kinitx ikkunsidrat fatturi oħra li probabbilment jiġġustifikaw l-allegata theddida ta’ dannu serju.
7.
Is-seba’ motiv jallega li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/159 jikser l-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/478 peress li l-konvenuta kellha nuqqas ta’ kompetenza u aġixxiet bi ksur tal-Artikolu5(1) tar-Regolament 2015/478 meta bdiet investigazzjoni ex officio li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2019/159.
8.
It-tmien motiv, jallega li l-konvenuta kisret id-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti billi naqset milli tiżvela informazzjoni essenzjali fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet u s-sitwazzjoni tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni Ewropea.
(1) 1Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).
(2) Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).
Full & Egal Universal Law Academy