17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/91
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2019 — Thunus et vs BEI
(Kawża T-247/19)
(2019/C 206/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vincent Thunus (Contern, il-Lussemburgu) u seba’ rikorrenti oħra (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara dan ir-rikors amissibbli u fondat, inkluża l-eċċezzjoni ta’ illegalità li tinsab fih;
—
konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni inkluża fir-rendikonti tas-salarji tar-rikorrenti għax-xahar ta’ Frar 2018, deċiżjoni li tiffissa l-aġġustament annwali tas-salarju bażiku limitat għal 0.7 % għas-sena 2018, u, għaldaqstant, l-annullament tad-deċiżjonijiet simili li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni sussegwenti;
—
għaldaqstant, tikkundanna lill-konvenut
—
għall-ħlas, bħala kumpens għad-dannu materjali (i) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għall-2018, jiġifieri żieda ta’ 1.4 %, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018; (ii) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 0.7 % għall-2018 fuq l-ammont tas-salarji li ser jitħallsu sa minn Jannar 2018; (iii) ta’ interessi moratorji fuq il-bilanċi tas-salarji dovuti sal-ħlas totali tal-ammonti dovuti, bir-rata ta’ interessi moratorji li għandha tiġi applikata għandha tiġi kkalkolata abbażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti;
—
jekk ikun il-każ, fil-każ li huwa ma jipproduċihomx b’mod volontarju, tordna lill-konvenut bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura sabiex jipproduċi d-dokumenti li ġejjin:
—
id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Lulju 2017 (CA/505/17);
—
id-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tat-30 ta’ Jannar 2018 (MC-021-ADM-15-2018)
—
in-nota tad-Direttorat tal-Persunal tal-25 ta’ Jannar 2018 (CS/PERS-QMS/ACB/2018-0011);
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw rispettivament, minn naħa, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017, żewġ motivi u, min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tat-30 ta’ Jannar 2018, tliet motivi.
Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017:
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet kweżiti.
Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tat-30 ta’ Jannar 2018:
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-garanziji proċedurali tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal konsultazzjoni tal-Kulleġġ.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
F’dak li jirrigwarda t-talba għad-danni, ir-rikorrenti jitolbu l-ħlas tad-differenza fir-remunerazzjoni dovuta jiġifieri 1.4 % mill-1 ta’ Jannar 2018 (inkluż l-impatt ta’ din iż-żieda fuq il-benefiċċji pekunarji) miżjud b’interessi moratorji.
Full & Egal Universal Law Academy