3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/88
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Tradición CZ vs EUIPO — Rivero Argudo (TRADICIÓN CZ, S.L.)
(Kawża T-250/19)
(2019/C 187/95)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Tradición CZ, SL (Jerez de la Frontera, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: María Dolores Rivero Argudo (Jerez de la Frontera, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TRADICIÓN CZ, S.L. Nru 14 977 045
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 257/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tissospendi l-proċeduri sakemm tittieħed deċiżjoni definittiva fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ revoka kontra t-trade mark ikkontestata 7272594 RIVERO CZ, fil-proċedimenti 33785-C, quddiem il-EUIPO,
—
tiddikjara l-ewwel motiv tar-rikors fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tiddeċiedi li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti,
—
sussidjarjament, barra minn hekk, tiddikjara t-tieni motiv tar-rikors fondat u tannulla d-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tiddeċiedi li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti f’dak li jirrigwarda s-servizzi ta’ bejgħ ta’ ħallijiet u ta’ mosti fil-klassi 35.
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-pari l-oħra, jekk tintervjeni f’din il-proċedura, għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy