24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/59
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — Wieland-Werke vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-251/19)
(2019/C 213/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wieland-Werke AG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész, C. von Köckritz u K. Winkelmann, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Każ M.8900 — Wieland/Aurubis Rolled Products/Schwermetall tal-5 ta’ Frar 2019;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħdax-il motiv.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti min-naħa tal-Kummissjoni billi bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq il-kunċett difettuż tal-hekk imsejjaħ settur speċifiku “high-end” minflok ma bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq is-suq rilevanti għall-prodotti ta’ ram pre-rolled hekk kif iddefinit mill-Kummissjoni nnifisha.
2.
It-tieni motiv, ibbażat nuqqas ta’ definizzjoni kif ukoll nuqqas ta’ spjegazzjoni ċara min-naħa tal-Kummissjoni tal-hekk imsejjaħ settur speċifiku “high-end” li fuqu, mingħajr ebda dubju, hija bbażat l-evalwazzjoni tagħha. L-approċċ tal-Kummissjoni huwa manifestament żbaljat u spekulattiv.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni billii kkontradixxiet il-konstatazzjonijiet tagħha fid-deċiżjoni ta’ clearance fil-Każ M.8909 — KME/MKM.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq applikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ teorija ta’ ħsara sui generis mingħajr preċedent u mhux sostenibbli inkwantu ħolqot rabta bejn l-effetti orizzontali u mhux orizzontali u kkonfondiet gwida ċara u preċiża pprovduta mil-linji gwida dwar amalgamazzjonijiet.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti min-naħa tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni kompetittiva tal-allegat tħassib orizzontali tagħha fejn b’mod flagranti naqset milli tinvestiga fatti ovvji fil-konstatazzjoni tal-qafas kompetittiv tas-suq rilevanti.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni manifest żbaljata min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-possibbiltà tal-konsumaturi li jibdlu marka.
7.
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ produzzjoni ta’ provi min-naħa tal-Kummissjoni rispettivament għall-allegazzjonijiet tagħha ta’ żidiet fil-prezzijiet dovuti għat-tranżazzjoni.
8.
It-tmien motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-bidla minn kontroll konġunt għal kontroll uniku fuq Schwermetall. B’mod partikolari, il-Kummissjoni naqset milli tadotta l-miżuri ta’ investigazzjoni neċessarji.
9.
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-impenji offerti lir-rikorrenti.
10.
L-għaxar motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ konformità mal-proċess applikabbli min-naħa tal-Kummissjoni tal-ġestjoni tal-proċedura ta’ rimedji u tat-test tas-suq.
11.
Il-ħdax-il motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali u tal-proċedura applikabbli min-naħa tal-Kummissjoni. Hija rrifjutat li tissottometti l-ewwel żewġ impenji għat-test tas-suq u nediet test tas-suq fi stadju ta’ proċeduri li kien tard wisq.
Full & Egal Universal Law Academy