24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/62
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2019 — BG vs Il-Parlament
(Kawża T-253/19)
(2019/C 213/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BG (rappreżentanti: L. Levi, A. Champetier u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2018 li xxolji l-kuntratt tar-rikorrent;
—
jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Jannar 2019 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-16 ta’ Awwissu 2018, innotifikata fid-9 ta’ Jannar 2019;
—
tordna lill-konvenut jikkumpensa lir-rikorrent għad-danni morali subiti bħala riżultat tan-nuqqas tal-konvenut, stmat għas-somma ta’ EUR 50 000;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u ta’ regoli ta’ proċedura applikabbli fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 12a u 24 tar-Regolamenti tal-Persunal u, b’konnessjoni ma’ dan, fuq ksur tad-dritt li persuna jkollha l-kwistjonijiet tagħha ttrattati b’mod imparzjali u ġust, fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy