3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/89
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2018 — Baustoffwerke Gebhart & Söhne vs EUIPO (BIOTON)
(Kawża T-255/19)
(2019/C 187/96)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Baustoffwerke Gebhart & Söhne GmbH & Co. KG (Aichstetten, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Strauß, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BIOTON” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 746 009
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1887/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea BIOTON għall-prodotti kollha msemmija fl-applikazzjoni;
—
sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO, bil-għan li d-deċiżjoni kkontestata tiġi emendata u r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 746 009 BIOTON tiġi awtorizzata
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy