17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/95
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2019 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-265/19)
(2019/C 206/84)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: R. Guizzi, A. Giordano u G. Palmieri, avvocati dello stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla, fil-parti li hija s-suġġett ta’ dan ir-rikors, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2019 Nru C (2019) 869, li ġiet innotifikata fit-13 ta’ Frar 2019, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu spejjeż imwettqa mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat, b’riferiment għall-Investigazzjoni CEB/2017/067/IT, fuq il-ksur tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414), b’mod partikolari tal-Artikolu 2(2) tiegħu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Mejju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005 L 209, p. 1), b’mod partikolari tal-Artikolu 31(2) tiegħu, kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).
—
Ir-rikorrenti ssostni wkoll f’dan ir-rigward il-ksur tal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat permezz tat-Trattat ta’ Lisbona tat-12 ta’ Diċembru 2007, u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi.
—
Ir-rikorrenti fl-aħħar tinvoka l-ksur ta’ eċċess ta’ poter, kif ukoll ta’ ksur ta’ rekwiżiti formali minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat, b’riferiment għall-Investigazzjoni FA/2008/067/IT, fuq il-ksur tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
—
Ir-Repubblika Taljana, għalhekk, tinvoka l-ksur ta’ eċċess ta’ poter, minbarra l-ksur ta’ rekwiżiti formali minħabba n-nuqqas ta’ motivazzjoni u fl-aħħar nett, tinvoka l-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi.
Full & Egal Universal Law Academy