8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/56
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2019 — gastivo portal vs EUIPO — La Fourchette (Rappreżentazzjoni ta’ furketta fuq sfond aħdar)
(Kawża T-267/19)
(2019/C 230/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: gastivo portal GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich and N. Achilles, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: La Fourchette SAS (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ farketta fuq sfond aħdar) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 474 356
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1211/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż li r-rikorrenti kellha ssostni quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy