1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/39
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2019 — Proodeftiki ATE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-271/19)
(2019/C 220/50)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Proodeftiki ATE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: M. Panagopoulou, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2018) 6717 finali tad-19 ta’ Ottubru 2018 dwar “Għajnuna mill-Istat SA 50233 (2018/N) — Greċja Għajnuna mill-Istat għall-bini tal-parti ta’ isfel tal-awtostrada E65”;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li tinsab fit-taqsima 3.3.1.1. tad-deċiżjoni kkontestata li tirrigwarda l-aċċettazzjoni tal-kriterju tal-ħlas tal-għajnuna sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ interess komuni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tad-dritt u tal-fatti tal-kawża fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li tinsab fit-taqsima 3.3.1.2. tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-aċċettazzjoni li ġie ssodisfat il-kriterju tal-ħolqien ta’ inċentiv favur il-konċessjonarju.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tad-dritt u tal-fatti tal-kawża fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li tinsab fit-taqsima 3.3.1.3. u fit-taqsima 3.3.1.4. tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-aċċettazzjoni tal-kriterju tal-prinċipju ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li tinsab fit-taqsima 3.3.1.3. (punti 60 sa 64) tad-deċiżjoni kkontestata.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tad-dritt u tal-fatti tal-kawża fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li tinsab fit-taqsima 3.3.1.3. (punti 66 sa 69) tad-deċiżjoni kkontestata.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li tinsab fil-Kapitolu 3.3.1.3. (punti 70 sa 75) tad-deċiżjoni kkontestata.
7.
Il-seba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li tinsab fil-Kapitolu 3.3.1.3. (punti 75 sa 80) tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-aċċettazzjoni tal-kriterju tal-proporzjonalità tal-għajnuna kontenzjuża.
8.
It-tmien motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea li tinsab fil-Kapitolu 3.3.1.5. tad-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-assenza ta’ inċidenza fuq il-kummerċ intrakomunitarju.
Full & Egal Universal Law Academy