24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/67
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2019 — TO vs SEAE
(Kawża T-272/19)
(2019/C 213/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: TO (rappreżentant: G. Generet, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ inġaġġ tas-SEAE tal-15 ta’ Ġunju 2018 li tqis li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha ta’ ingaġġ previsti mill-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u li hija ma tistax tiġi ingaġġata fi ħdan is-SEAE bħala membru tal-persunal bil-kuntratt li jaqa’ taħt l-Artikolu 3b;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ inġaġġ tas-SEAE tal-14 ta’ Jannar 2019 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti fl-14 ta’ Settembru 2018;
—
tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas kumpens stmat għal EUR 36 992.52 li jikkorrispondi għal sena remunerazzjoni għal kuntratt AC FG II skont l-iskala tas-salarju fis-seħħ mill-1 ta’ Novembru 2017, suġġett għal kalkolu iktar preċiż matul il-proċedura;
—
tikkundanna lis-SEAE sabiex tikkalkola t-telf għal dak li jirrigwarda d-dritt għall-pensjoni wara n-nuqqas ta’ reklutaġġ tagħha;
—
tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 15 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-ħsara għad-dinjità tagħha u għar-reputazzjoni professjonali tagħha;
—
tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 15 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-ħsara għas-saħħa tagħha u għall-bilanċ personali tagħha;
—
tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 15 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-ksur, mis-SEAE, tar-Regolament Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data;
—
tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 10 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-ksur tas-sigriet mediku u tan-natura kunfidenzjali tad-data personali inkluża fil-fajl mediku tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lis-SEAE sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens ta’ EUR 10 000 għad-dannu morali li rriżulta mill-malafama u/jew mid-diffamazzjoni fil-konfront tar-rikorrenti;
—
tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikoli 82 u 83 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ kontradittorju, tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u ta’ premura, tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u tad-dritt għal trattament imparzjali u ġust u tal-projbizzjoni ta’ kull fastidju psikoloġiku.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102, rettifika fil-ĠU 2013, L 298, p. 50) u tal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy