1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/40
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 — Target Ventures Group vs EUIPO — Target Partners (TARGET VENTURES)
(Kawża T-273/19)
(2019/C 220/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Target Ventures Group Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: T. Dolde, P. Homann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Target Partners GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TARGET VENTURES — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 685 565
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1684/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u t-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 52(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy