24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/69
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2019 — PNB Banka et vs BĊE
(Kawża T-275/19)
(2019/C 213/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja), Grigory Guselnikov (Londra, ir-Renju Unit), Yulia Guselnikova (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Behrends u M. Kirchner, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-14 ta’ Frar 2019 sabiex jitwettaq kontroll fuq il-post fil-bini ta’ PNB Banka AS u l-kumpanniji tal-grupp tagħha;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE ma kienx l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti fir-rigward ta’ PNB Banka AS meta ttieħdet id-deċiżjoni sabiex jitwettaq kontroll fuq il-post.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx “neċessarj[a]” skont l-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-MSU (1).
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE naqas milli jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu b’mod debitu skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament dwar il-MSU.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser id-drittijiet tar-rikorrenti għal smigħ.
6.
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser l-obbligu tiegħu li jeżamina u jevalwa b’reqqa u b’imparzjalità l-aspetti rilevanti kollha tal-każ partikolari.
7.
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser l-obbligu li jipprovdi raġunament xieraq għad-deċiżjoni tiegħu.
8.
It-tmien motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser il-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.
9.
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u aġixxa b’mod diskriminatorju fir-rigward tar-rikorrenti.
10.
L-għaxar motiv, ibbażat fuq l-argument li l-BĊE kiser l-Artikolu 19 u l-premessa (75) tar-Regolament dwar il-MSU u għamel użu ħażin tal-poter.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).
Full & Egal Universal Law Academy