24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/71
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2019 — BK vs L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
(Kawża T-277/19)
(2019/C 213/68)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: BK (rappreżentanti: B. Christianos, A. Skoulikis u D. Karagkounis, dikigoroi)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Awtorità tal-Ħatra, li l-kontenut tagħha huwa espress fil-messaġġ tal-posta elettronika tat-2 ta’ Settembru 2018 tal-Kap tad-Dipartiment Amministrazzjoni, u d-deċiżjoni impliċita tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti. B’konsegwenza ta’ dan l-EASO jkollu jadotta, b’effett retroattiv, il-miżuri sabiex jimplementa d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, fis-sens tal-Artikolu 266 TFUE.
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-kawża tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq assenza ta’ motivazzjoni u, għaldaqstant, ksur ta’ formalità essenzjali fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li tinvolvi żball sostantiv.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi, peress li d-deċiżjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-interess tas-servizz u tad-dmir ta’ premura tal-Amministrazzjoni fil-konfront tal-membri tal-persunal tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy