24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/71
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2019 — Aurora vs CPVO — SESVanderhave (M 02205)
(Kawża T-278/19)
(2019/C 213/69)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aurora Srl (Padova, l-Italja) (rappreżentant: L.-B. Buchman, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SESVanderhave NV (Tienen, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-CPVO
Proprjetarju tal-protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti ikkonċernata: protezzjoni Komunitarja tal-varjetà tal-pjanti Nru UE 15118, varjetà ta’ pitrava ħelwa M 02205
Proċedimenti quddiem l-CPVO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-CPVO tas-27 ta’ Frar 2019 fil-Każ R A010/2013-RENV
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddeċiedi li d-deċiżjoni kkontestata tapplika b’mod żbaljat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017, fil-Kawża T-410/15;
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata, tannulla d-deċiżjoni CPVO NN10 tat-23 ta’ Settembru 2013 u tilqa’ l-kontestazzjoni ta’ validità tal-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetà tal-pjanti Nru UE 15118 mressqa mir-rikorrenti fit-28 ta’ Awwissu 2012;
u konsegwentement:
—
tiddikkjara l-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetà tal-pjanti Nru UE 15118 invalida u nulla ab initio;
—
tikkundanna lill-CPVO għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-intervenjenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi;
—
Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u ġustizzja miċħuda.
Full & Egal Universal Law Academy