24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/74
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2019 — Chypre vs EUIPO — Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion grill cheese M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927)
(Kawża T-281/19)
(2019/C 213/71)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz QC (Queen’s Counsel), S. Baran, Barrister, V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Filotas Bellas & Yios AE (Alexandreia Imathias, il-Greċja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: It-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Halloumi χαλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 — Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 172 276
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 2298/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-applikazzjoni għal annullament.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (EU) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy