15.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/24
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2019 — Wonder Line vs EUIPO — De Longhi Benelux (KENWELL)
(Kawża T-284/19)
(2019/C 238/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wonder Line, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: De Longhi Benelux SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “KENWELL” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 532 296
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2020 19 fil-Każ R 1351/2018-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut u lil ko-konvenuti eventwali għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy