24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/78
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Azarov vs Il-Kunsill
(Kawża T-286/19)
(2019/C 213/74)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mykola Yanovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 7, rettifika fil-ĠU 2019, L 86, p. 118), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 86, p. 118);
—
tadotta ċerti miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, b’mod konformi mal-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u b’mod partikolari
a)
tistieden lill-Kunsill li jipproduċi dokumenti f’dak li jikkonċerna l-eżami tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll l-eżami tal-fondatezza tal-ilmenti fformulati;
b)
tistieden lis-SEAE sabiex jipproduċi dokumenti f’dak li jikkonċerna l-eżami tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva; u
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, b’mod konformi mal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv li l-atti ġuridiċi kkontestati huma vvizzjati minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-obbligu ta’ eżami formali li jaqa’ fuq il-konvenut ikkonċernat, b’mod partikolari, l-eżami awtonomu, l-eżami tal-ġurisdizzjoni u r-rispett tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. F’dan ir-rigward, il-konvenut ma ssodisfax ir-rekwiżiti fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tad-19 ta’ Diċembru 2018, Azarov vs Il-Kunsill (C-530/17 P, EU:C:2018:1031).
Minbarra dan, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jaqa’ fuq il-konvenut, peress li dan ma eżaminax il-fondatezza tal-ilmenti fformulati kontra r-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy