22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/28
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Mejju 2019 — Arbuzov vs Il-Kunsill
(Kawża T-289/19)
(2019/C 246/30)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna [ĠU 2019, L 64, p. 7], kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna [ĠU 2019 L 64, p. 1], sa fejn din id-deċiżjoni u dan ir-regolament jikkonċernaw lir-rikorrenti, u
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni b’mod partikolari li, meta adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019, il-Kunsill naqas milli jeżerċita d-diliġenza dovuta, peress li qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, huwa la eżamina d-dikjarazzjonijiet u lanqas il-provi mressqa mir-rikorrent, li jimmilitaw favorih, u bbaża ruħu biss fuq il-preżentazzjoni qasira tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukraina u ma talab ebda informazzjoni supplimentari dwar l-iżvolġiment tal-investigazzjoni fl-Ukraina.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li r-restrizzjonijiet adottati kontrih huma sproporzjonati, inutli u jippreġudikaw il-garanziji internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà tar-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy