24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/80
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2019 — Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji ħomor ikkurvati mqiegħda waħda fuq l-oħra)
(Kawża T-290/19)
(2019/C 213/76)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea “Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji ħomor ikkurvati mqiegħda waħda fuq l-oħra” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 375 540
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1918/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy