24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/82
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2019 — Sumol + Compal Marcas vs EUIPO — Heretat Mont-Rubi (SUM011)
(Kawża T-296/19)
(2019/C 213/78)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sumol + Compal Marcas, SA (Carnaxide, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Pimenta u A. Sebastião, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heretat Mont-Rubi, SA (Font-Rubi, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SUM011 — Applikazzzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 761 168
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 1662/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tordna li tiġi rrifjutata l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 761 168 — SUM 011, fir-rigward tas-servizzi l-oħra fil-klassijiet 35 u 39;
—
tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż ta’ din il-kawża kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy