1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/44
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2019. — Think Schuhwerk vs EUIPO (Forma ta’ estremitajiet ħomor ta’ lazzijiet ta’ żarbun)
(Kawża T-298/19)
(2019/C 220/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (Kopfing, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni (Forma ta’ estremitajiet ħomor ta’ lazzijiet ta’ żarbun) — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 152 606
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1170/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;
—
ksur tal-prinċipju ta’ drittijiet tad-difiża.
Full & Egal Universal Law Academy