8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/58
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2019 — VG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-299/19)
(2019/C 230/72)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: VG (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Marzu 2019 meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tas-27 ta’ Novembru 2018 fil-Kawżi magħquda T-314/16 u T-435/16, VG vs Il-Kummissjoni u li tirrifjuta li ċerta data personali tintbagħad lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali stmat ex aequo et bono għal EUR 20 000;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tal-awtorità ta’ res judicata tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2018, VG vs Il-Kummissjoni (T-314/16 u T-435/16, EU:T:2018:841).
Ir-rikorrenti titlob barra minn hekk kumpens għad-dannu morali li hija ġarrbet minħabba r-rifjut fid-deċiżjoni tas-6 ta’ Marzu 2019.
Full & Egal Universal Law Academy