15.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 238/26
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2019 — Yanukovych vs Il-Kunsill
(Kawża T-302/19)
(2019/C 238/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Sankt-Peterbúrg, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354, (1) sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) 2019/352, (2) sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent, imġarrba b’riżultat ta’ dan ir-rikors.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma, essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-301/18, Yanukovych vs Il-Kunsill (3).
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/354 tal-4 ta’ Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 7, rettifika fil-ĠU 2019, L 86, p. 118).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/352 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2019, L 64, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 86, p. 118).
(3) ĠU 2018, C 231, p. 48.
Full & Egal Universal Law Academy