8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/59
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2019 — Welmax + vs EUIPO — Valmex Medical Imaging (welmax)
(Kawża T-305/19)
(2019/C 230/73)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Welmax + sp. z o. o. sp.k. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: M. Machyński, konsulent legali)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Valmex Medical Imaging GmbH (Augsburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “welmax” — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 342 786 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 2245/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tiddeċiedi fuq il-mertu;
—
tiddeċiedi dwar it-talbiet tagħha fil-każijiet previsti legalment;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, b’mod partikolari għall-ħlas lura lir-rikorrenti tal-ispejjeż sostnuti minnha għar-rappreżentazzjoni legali b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet previsti legalment.
Motiv(i) invokat(i)
—
Żball fl-evalwazzjoni tal-fatti, li servew ta’ bażi għad-deċiżjoni, li jikkonsisti fil-fatt li ġie aċċettat li d-deċiżjoni, li tista’ tkun is-suġġett ta’ oppożizzjoni skont id-dispożizzjonijiet legali, ġiet innotifikata lir-rikorrenti b’effett mill-20 ta’ Lulju 2018 (allegatament b’ittra rreġistrata), filwaqt li l-kontenut ta’ din id-deċiżjoni ġie nnotifikat lir-rikorrenti fil-21 ta’ Settembru 2018, u dan wara korrispondenza minn qabel permezz ta’ posta elettronika u wara talba formali tar-rikorrenti lill-uffiċjal tal-EUIPO;
—
Ksur tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament 2017/1001;
—
Ksur tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament 2017/1001, moqri flimkien mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Delegat 2018/625.
Full & Egal Universal Law Academy