8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/60
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2019 — SQlab vs EUIPO (Innerbarend)
(Kawża T-307/19)
(2019/C 230/74)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SQlab GmbH (Taufkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Koelle, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Innerbarend” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 442 635
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 2180/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-appell huwa fondat u li t-trade mark verbali “Innerbarend” hija rreġistrata fil-Klassi 12;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy