22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/32
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2019 — BRF Singapore Foods vs EUIPO — Tipiak (Sadia)
(Kawża T-309/19)
(2019/C 246/34)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BRF Singapore Foods Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: C. Mateu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tipiak (Saint-Aignan de Grand Lieu, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva fil-kuluri iswed u abjad — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 084 356
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1834/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lil Tipiak għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trattament ugwali;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy