8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/63
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2019 — Wilhelm Sihn jr. vs EUIPO — Golden Frog (CHAMELEON)
(Kawża T-312/19)
(2019/C 230/76)
Lingwa tar-rikors:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wilhelm Sihn jr. GmbH & Co. KG (Niefern-Öschelbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Golden Frog GmbH (Meggen, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “CHAMELEON” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 567 269
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1551/2018-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn Wilhelm Sihn jr. GmbH & Co KG;
—
tikkundanna lil Golden Frog GmbH għall-ispejjeż tagħha stess f’każ ta’ intervent.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
—
Ksur tal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy