22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/34
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2019 — Taghani vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-313/19)
(2019/C 246/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jamal Taghani (Brussell, il-Beġju) (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors odjern ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors intiż għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-EPSO tat-23 ta’ Lulju 2018 li tiċħad it-talba tiegħu għal kumpens imressqa inkonnessjoni mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 u, fit-tieni lok, jekk dan ikun neċessarju, tad-Deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2019 li tiċħad l-ilment tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-eżami mwettaq mill-konvenuta tat-tliet kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-dmir ta’ premura u tal-obbligu ta’ motivazzjoni naxxenti minnhom, peress li l-konvenuta ma adottatx pożizzjoni, fid-deċiżjonijiet ikkontestati, fuq l-iżviluppi tal-ilment marbuta ma’ żewġ kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, jiġifieri l-eżistenza ta’ nuqqasijiet u r-rabta kawżali.
Full & Egal Universal Law Academy