22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/35
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2019 — BT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-315/19)
(2019/C 246/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BT (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2018 li tirrifjuta l-għoti tal-pensjoni tas-superstiti lir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq l-illegalità tar-rekwiżit li t-talba ssir qabel ħames snin stabbilit fl-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li, minn naħa, joħloq diskriminazzjoni arbitrarjetà bejn l-uffiċjali li huma f’servizz attiv u l-uffiċjali ammessi għall-irtirar. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tqis li, filwaqt li l-kriterju ta’ perijodu minimu ta’ sena huwa adattat għall-ġlieda kontra ż-żwiġijiet frawdolenti, perijodu minimu ta’ ħames snin huwa arbitrarju, inadegwat u inġust. Fit-tielet lok, tali kundizzjoni tkun tali li teskludi inġustament mill-pensjoni tas-superstiti lill-konjuġi ta’ uffiċjal iddeċedut li madankollu hija marbuta bi pjan ta’ ħajja flimkien.
2.
It-tieni motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy