5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/50
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2019 — AMVAC Netherlands vs Il-Kummisjsoni
(Kawża T-317/19)
(2019/C 263/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AMVAC Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu, M. Grunchard u S. Englebert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/344 tat-28 ta’ Frar 2019; (1)
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat wara żball manifest ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat huwa riżultat ta’ proċedura li matulha d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ma ġewx irrispettati.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-regolament ikkontestat ġie adottat bi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/344 tat-28 ta’ Frar 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ethoprophos, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2019 L 62, p. 7).
Full & Egal Universal Law Academy