22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/37
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2019 — BV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-320/19)
(2019/C 246/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: BV (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Settembru 2018 li permezz tagħha l-interessi fuq il-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni ttrasferiti tiegħu ma tħallsux lura lilu;
—
tikkundanna f’kull każ lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali u n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(6) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal adottati mill-Kummissjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-arrikkiment indebitu favur l-Unjoni kkawżat bl-allokazzjoni lill-baġit tal-Unjoni Ewropea tas-somma mnaqqsa fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-kapital.
Full & Egal Universal Law Academy