22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/42
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2019 — Pierre Balmain vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun mdawwra bi ċrieki li jifformaw katina)
(Kawża T-331/19)
(2019/C 246/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Pierre Balmain SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża: talba tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun mdawwra bi ċrieki li jifformaw katina” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 515 099
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1223/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 515 099 għall-prodotti miċħuda fil-klassijiet 14 u 26;
—
tikkundanna għall-ispejjeż il-parti li topponi dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2017/1001.
Full & Egal Universal Law Academy