22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/44
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2019 — Ntolas vs EUIPO — General Nutrition Investment (GN GENETIC NUTRITION LABORATORIES)
(Kawża T-333/19)
(2019/C 246/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Christos Ntolas (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Renger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: General Nutrition Investment Co. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GN GENETIC NUTRITION LABORATORIES — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 116 678
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Marzu 2019 fil-Każ R 1343/2017-5
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Full & Egal Universal Law Academy